“Għażiż Twanny. Aħna ġejna hawnhekk nixgħelulek xemgħa għax int il-veru qaddis. Ġibna lkoll magħna xi ftit fjuri. Dawn biex toffrihom lil ommna d-Duluri. Inti tinsab onorat għax tinsab fejn il-ħallieq. Lilek ta’ min ifaħħrek u mhux min itik bis-sieq”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Helen Schembri, mara li ilha snin twal iżżur il-qabar ta’ Twanny Aquilina, it-tfajjel li ftit aktar minn 64 sena ilhu kien instab mejjet f’daru stess.
Fl-istess messaġġ li xxandar forma ta’ filmat, Schembri qalet li Twanny bata’ ħafna f’ħajtu u talbitu biex jaħfer lil kull min offendih. Qalet ukoll; “Din daqqa ta’ ħarta li ma tixraqx. Mhu sewwa xejn għax int qaddis żgħir. Nafu li qed tarana u tismana. Nitolbuk tgħid lil Mulej sabiex jieqaf magħna”
Il-każ ta’ Twanny Aquilina reġa feġġ fl-aħħar ġimgħat hekk kif kumment fil-podcast ta’ Bajd u Bejen qajjem furur sħiħ.