Friday, December 20, 2024

“Għażiża Kacey … se nimmisjawk”

Jitpoġġew fjuri fil-post fejn seħħ l-inċident fatali f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tpoġġew diversi bukketti tal-fjuri fil-post fejn tilfet ħajjitha tfajla ta’ 17-il sena f’inċident tat-traffiku li seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu f’Ħ’Attard.

Il-vittma kienet identifikata bħala Kacey Sciberras, li mietet wara li s-sewwieq tal-karozza li kienet passiġġiera fiha tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt u arblu. Fil-karozza kien hemm ukoll tfajla oħra ta’ 17-il sena.

Qraba u ħbieb tal-vittma poġġew bukketti tal-fjuri fl-inħawi ta’ fejn seħħ l-inċident f’Ħ’Attard biex ifakkru l-memorja tagħha. “Għażiża Kacey… se nimmisjawk,” huma kitbu permezz ta’ nota f’wieħed mill-bukketti.

Ekonomija

Sport