Saturday, December 21, 2024

“Għażiża Paulina, il-pajjiż kollu qed jibki għalik”

Aqra wkoll

Wara l-qtil tal-mara Pollakka fi ġnien f’Tas-Sliema, l-appelli tal-pubbliku sabiex issir ġustizzja ma waqfux. Bosta oħrajn marru fuq il-post fejn hija nstabet maqtula u poġġew xemgħat u fjuri biex ifakkru l-memorja tagħha. 

F’dan ir-ritratt tispikka din it-tifla, li waqt li kienet miexja f’dawn l-inħawi mal-ġenituri tagħha, għażlet li tqatta’ ftit ħin taqra dak li kien hemm miktub fosthom messaġġi bħal “Għażiża Paulina, il-pajjiż kollu qed jibki għalik.”

Sadanittant, ilbieraħ filgħaxija saret ukoll velja għal Paulina Dembska fl-Exiles tas-Sliema, li kienet organizzata mill-Women’s Rights Foundation.

F’din il-velja spikka l-mument fejn omm u oħt il-vittma maħsudin b’dik li kellha tkun l-aħbar li qatt ma xtaqu jisimgħu, għamlu kuraġġ u appellaw għat-talb f’isem l-għażiża Paulina li tant ħabbet lil pajjiżna u li ħalliet kollox biex tiġi hawn. 

Ekonomija

Sport