Imut l-attur Joe Gatt … attur u bniedem ewlieni fix-xena teatrali Maltija

Aqra wkoll

Għadha kif tħabbret il-mewt tal-attur Joe Gatt, li kien wieħed mill-aktar ismijiet magħrufa tal-ġenerazzjoni veterana tal-ispettaklu Malti, b’karriera twila ta’ reċtar u ħidma teatrali. Għal għexieren ta’ snin, ismu kien assoċjat ma’ produzzjonijiet teatrali u televiżivi li laħqu udjenzi kbar u li baqgħu parti mill-memorja ta’ ħafna Maltin.

Matul il-karriera tiegħu, Gatt ħadem f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet. Fost l-aktar xogħlijiet li huma assoċjati miegħu hemm Simpatiċi, Intriċċi, Għeruq, Dun Benit u Min Hu Bla Ħtija. Dawn huma fost il-produzzjonijiet li għamlu lil Joe Gatt wiċċ familjari għal ġenerazzjonijiet ta’ telespettaturi Maltin.

Wieħed mill-aspetti interessanti tal-karriera tiegħu huwa proprju l-kontribut tiegħu bħala kittieb. Fost ix-xogħlijiet magħrufa hemm In-Neputija tal-Kappillan, kummiedja miktuba minn Joe Gatt. Il-produzzjoni kienet diġà ttellgħet snin qabel fit-Teatru Manoel u tant kellha suċċess li kellha tiċċaqlaq għall-Mediterranean Conference Centre.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport