Dehret emozzjoni profonda. Dak il-ħanut ċkejken li ilu 46 sena miftuħ issa se jkun biss memorja. Is-skiet li kien hemm kont taqtgħu b’sikkiina għajr it-tifla ta’ Bertu tillesti xi bukkuni. Għajnejn Bertu iħarsu. Pjuttost miksurin. Il-wiċċ imħasseb.
Bla dubju iġib quddiem għajnejh il-memorji. In-nostalġija. Ma’ dan imbagħad hemm sens ta’ kburija u sodisfazzjon. 46 sena xogħol fl-istess ħanut ma tistax tiddeskrivihom għajr perseveranza, sagrifiċċju u dedikazzjoni. U meta tiġi biex tħalli dak il-post, tara li se jitħalla vojt. Dak li tkun bnejt ikun wasal fit-tmiem tiegħu. Xi drabi dak li tkun bnejt, tħallih lil ta’ warajk. Xi drabi oħra, it-triq tkun differenti. U f’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-dmugħ jiltaqa’ mat-tbissima. Dik it-tbissima li issa se tistrieħ u tgawdi aktar il-familja, anki jekk f’ċirkostanzi mhux daqstnat mixtieqha.
Intervista sħiħa f’IT-TORĊA
