Friday, April 19, 2024

L-esperti jemmnu li fi tliet ġimgħat l-Awstralja se jkollha 60% tal-popolazzjoni pożittiva għall-COVID-19

Aqra wkoll

Ma hemm l-ebda dubju, il-pandemija COVID-19, fl-aħħar ġimgħat poġġiet għarkubbtejha lill-Awstralja. Fl-aħħar jum, f’Victoria kienu rrapportati 14,000 każ ġdid, filwaqt li fi Queensland u fi New South Wales instabu 5,700 u 23,000 każ rispettivament. Dawn in-numnri huma kkunsidrati bħala rekords li fl-ebda mewġiet preċedenti ma kienu rreġistrati fl-Awstralja. 

Fid-dawl ta’ dawn in-numru eżorbitanti, l-esperti qegħdin jipprevedu li fit-tliet ġimgħat li ġejjin, l-Awstralja se jkollha 60% tal-popolazzjoni infettati bil-COVID-19. Dan hekk kif, l-esperti mediċi qegħdin jgħidu li n-numru li qegħdin ikunu ppubblikati huma fil-veritá “ħames u għaxar darbiet aktar”. 

Problema prinċipali li qiegħda tinkwieta lill-poplu Awstraljan hija d-dewmien biex dawn jingħataw data għal swab test u biex ikun ippubblikat ir-riżultat tat-test fi żmien raġonevoli. “Il-biża’ tal-poplu Awstraljan hija li huma pożittivi u ma jkunux jafu ghax ir-riżultat tal-iswab ma jkunx għadu ħareġ.” 

Sport