Tuesday, April 30, 2024

“Paulina m’aħniex se nieqfu ngħidu ismek”

Aqra wkoll

Matul velja li saret ftit tal-ħin ilu f’Tas-Sliema, eżatt fuq il-post fejn Paulina Dembska inqatlet u sfat stuprata, mijiet ta’ nies ilkoll b’xemgħa, fakkru l-memorja taż-żagħżugħa ta’ 29 sena.

Matul din il-velja spikka l-messaġġ u t-talba għal azzjoni konkreta wara l-qtil ta’ Paulina Debska, il-Pollakka ta’ 29 sena li l-Ħadd filgħodu nstabet maqtula u mitluqa fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema minn allegatament żagħżugħ ta’ 20 sena.

F’atmosfera tqila u mnikkta, l-għajta f’Tas-Sliema kienet waħda dik li isem Paulina se jibqgħu jidwi u jinstema’ sakemm jibdew jittieħdu l-passi neċessarji biex jiefqu darba għal dejjem il-femiċidji.

Il-kelliema waqt il-velja, semmew kif Paulina kienet tħobb Ġnien Indipendenza u kienet tħobb tqatta’ l-ħin titma’ lill-qtates. Matul il-velja li saret inqrat poeżija li Paulina stess kienet kitbet u li kienet ippreżentata mill-familjari tagħha virtwalment waqt il-velja.

Preżenti għall-velja kien hemm il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela akkumpanjat minn martu Lydia Abela.

Sport