Saturday, May 2, 2026

Għexieren ta’ familji jattendu t-tieni edizzjoni ta’ Festa Ħaddiem – Minn Id il-Public Works

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju 2026, għexieren ta’ familji attendew għat-tieni edizzjoni ta’ Festa Ħaddiem – Minn Id il-Public Works. F’din il-festa hemm divertiment għall-familja kollha, fosthom bouncy castles għat-tfal, Disney shows kull 45 minuta, kif ukoll kant u mużika minn diversi talent lokali. Hemm ukoll ikel varjat għal kulħadd. Festa, fejn il-familji żgur li se jieħdu gost f’post sigur u ta’ għaqda.

Apparti minn hekk, waqt din il-festa, hemm ukoll il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fejn qed jesebixxu parti żgħira mill-ħafna xogħol li jagħmlu ta’ kuljum. Fost oħrajn, hemm il-mastrudaxxi jaħdmu fuq l-injam, ħajt tal-ġebel żgħir li qed jinbena, kif ukoll esperjenzi ta’ virtual reality u flipbook bl-istorja tal-Public Works.

Dan kollu, jagħmel Festa Ħaddiem – Minn Id il-Public Works festa kompluta għall-familja kollha – minn tfal, żgħażagħ u anke anzjani.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal kif dan huwa s-suċċess tal-Park Nazzjonali. “Park meravilja illi jospita l-familji, jospita t-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani tagħna f’dawn l-attivitajiet sbieħ illi qed norganizzaw hawnhekk f’dan il-weekend. Inħeġġeġ in-nies biex jiġu hawnhekk, fejn qed niċċelebraw il-ħaddiema tal-id, iżda fuq kollox, li t-tfal, iż-żgħażagħ l-familji jiġu hawnhekk u jgawdu minn dan il-ġmiel illi ħloqna flimkien.”

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett qal li waqt “Festa Ħaddiem mhux biss niċċelebraw il-Public Works, iżda l-ħaddiema tal-Public Works, ix-xogħol siewi illi jagħmlu, ix-xogħol tas-sengħa illi kull ma jmur irridu nippreservawh iktar. Il-Maltin huma nies kapaċi ħafna speċjalment meta jiġi għax-xogħol tal-id. Inħeġġeġ il-familji jiġu hawn jiċċelebraw lil dawn il-ħaddiema, jaraw naqra x’jagħmlu b’tant fejda għan-nies u għal dak li se nkomplu nagħmlu għal għada, għax is-suċċess ta’ pajjiżna dejjem telaq mix-xogħol tal-Public Works.”

Festa Ħaddiem – Minn Id il-Public Works se tkun miftuħa s-Sibt mill-10:00am sal-11:00pm fejn wara s-18:00 se tinbidel fejn se jkun hemm iżjed kant u mużika, dwal sbieħ u divertiment. Iż-żona tat-tfal se tibqa’ miftuħa biex it-tfal ikunu jistgħu jibqgħu jilgħabu. Festa Ħaddiem se tkun miftuħa wkoll il-Ħadd 3 ta’ Mejju mill-10:00am ’l quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport