Saturday, May 2, 2026

Id-distakk bejn il-PL u l-PN f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa ta’ 10.1% favur il-Partit Laburista

Aqra wkoll

Meta n-nies ġew mistoqsija ‘Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, lil liema partit se tivvota?’ ir-riżultati juru li 47.9% qalu li jivvotaw lill-Partit Laburista, 36.9% lill-Partit Nazzjonalista, 2.6% lill-ADPD jew partiti oħra, filwaqt li 12.6% għadhom indeċiżi dwar lil liema partit se jivvotaw.

Meta nħarsu lejn il-votanti li vvotaw lill-Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, naraw li l-Partit Laburista qed iżomm 83.6% talvoti. Madankollu, 1.7% minnhom qegħdin imorru għand il-Partit Nazzjonalista. Ta’ min jinnota li madwar 7.8% qalu li għadhom indeċiżi dwar kif se jivvotaw f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada, filwaqt li 6.0% sostnew li ma jivvotawx. Barra minn hekk, 0.9% qalu li jivvotaw lill-ADPD jew partiti oħra.

Meta nħarsu lejn il-votanti li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista flelezzjoni ġenerali tal-2022, naraw li l-Partit Nazzjonalista qed iżomm 84.2% tal-voti. Barra minn hekk, 1.7% sejrin għand il-PL, 1.1% qalu li jivvotaw lill-ADPD jew partiti oħra. Madwar 11.0% għadhom indeċiżi dwar kif se jivvotaw f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada, filwaqt li 2.0% sostnew li ma jivvotawx.

Meta jiġu applikati l-mudelli xjentifiċi, id-distakk attwali bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada huwa ta’ 10.1% favur il-Partit Laburista. Minkejja dan, minħabba li f’dan is-sondaġġ qed jidher li għad hemm numru sew ta’ nies indeċiżi, dan l-istħarriġ bħalissa qed jindika li d-distakk bejn il-partiti jista’ jvarja bejn 9% u 11%, meta wieħed jikkonsidra xenarji u mudelli differenti ta’ x’jista’ jiġri minn dan il-grupp ta’ nies indeċiżi.

Dan id-distakk huwa inqas mill-aħħar elezzjoni ġenerali minħabba li jidher b’mod ċar li, f’każ ta’ elezzjoni ġenerali għada, hemm numru ta’ votanti li qed jindikaw li mhux se jivvotaw, b’mod partikolari fost dawk li kienu vvotaw lillPartit Laburista fl-2022. Madankollu, huwa interessanti li wieħed jinnota li ċċaqliq tal-voti bejn il-partiti huwa minimu ħafna; fil-fatt, wieħed jikkumpensa lillieħor.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport