Friday, April 26, 2024

“Għinuna nsibu lil Jerry”

Moira Delia b’appell lill-pubbliku biex jgħin fit-tfixxtija ta’ dan il-qattus

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, Moira Delia appellat lill-pubbliku permezz tal-midja soċjali sabiex jgħin fit-tfittxija ta’ Jerry — qattus li deher l-aħħar fit-13 ta’ Ġunju li għadda, fi Triq il-Baħar l-Iswed, San Ġiljan. 

Dan il-qattus jinsab fuq dieta mogħtija mill-veterinarji u għaldaqstant skont din il-preskrizzjoni jista’ jiekol biss ikel wieħed partikolari — Renal Food.

Fl-appell tagħha hija ħeġġet lill-pubbliku sabiex min jilmaħ dan il-qattus iċempel fuq 99463636 jew 99491828.

Dik il-persuna li tirritorna lil Jerry lura għand is-sid se tingħata s-somma ta’ €1,000 bħala ġest ta’ apprezzament.

Sport