Wednesday, October 9, 2024

Għomor il-ħabs għal erbat irġiel fuq stupru ta’ tifla fit-Tanżanija

Aqra wkoll

Il-Qorti fit-Tanżanija kkundannat erbat irġiel għal għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ stupru u sodomija fuq tifla taħt it-18-il sena f’każ li qajjem rabja sħiħa fil-pajjiż. 

Minbarra l-piena ta’ għomor il-ħabs, l-erbat irġiel ġew ordnati biex iħallsu kull wieħed £275 lill-vittma.

Il-ħames persuna, uffiċjal tal-pulizija mara suspettata li ordnat biex jitwettaq dan il-każ, se tgħaddi ġuri b’mod separat dan ix-xahar. 

Wara li ngħata l-verdett, l-Avukat Difensur tal-erbat irġiel qal li l-klijenti tiegħu ma kinux qed jaqblu ma’ din id-deċiżjoni filwaqt li sostna li kienu nkisru xi dispożizzjonijiet legali. 

Min-naħa l-oħra, diversi attivisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem faħħru s-sentenza tal-qorti fuq il-midja soċjali.  

Filmat tal-istupru beda jiċċirkola online f’Awwissu u ftit wara l-pulizija ħeġġet lill-pubbliku biex ma jkomplix jinxtered dan il-filmat sabiex tkun evitata aktar ħsara fuq il-vittma u l-familjari tagħha. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport