Wednesday, October 2, 2024

Iċ-ċensura m’hemmx lokha

Aqra wkoll

Quddiem sitwazzjoni li żviluppat fi Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), Żgħażagħ Laburisti jisħqu li ċ-ċensura m’hemmx lokha u l-libertà tal-espressjoni amministrata b’rispett għandha titħalla b’mod ħieles mingħajr ma ħadd jipprova joħnoqha.

Żgħażagħ Laburisti tesprimi solidarjetà mal-Moviment Graffiti wara li l-istand tagħha kienet allegatament żarmata mill-organizzaturi.

Bħala fergħa żagħżugħa, nesprimu t-tħassib tagħna għal dan l-aġir li jiċċensura suġġetti li minkejja s-sensittività tagħhom, m’għandhomx jitneħħew minn fuq il-mejda tad-diskussjoni. Lil hinn mis-suġġett, il-libertà tal-espressjoni li hi amministrata b’rispett m’għandhiex tkun maħnuqa. 

Dak li ġara fl-Università, iħassibna. Bħal f’kull istituzzjoni edukattiva oħra, għandu jkun promozzjoni tal-ħsieb kritiku u liberu għax nemmnu li dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu laboratorji ta’ ideat, u ħsieb, aktar milli jkollok grupp ta’ individwi li jiddeċiedi hu x’suġġetti jkunu diskussi u mqajma.

Fl-aħħar snin iddaħħlu liġijiet mil-leġislatur li jsaħħaħ il-ġlieda kontra ċ-ċensura, u nħossu li jkun ta’ għajb li jkollok deċiżjonijiet li jreġġgħu l-arloġġ lura.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport