Ghaxaq Music events ghal darb ohra ser ikunu qeghdin itellghu il-kuncerti Summerlust Music Festival gewwa r-rahal ta’ Hal Ghaxaq li se jerga jkun maqsum fuq tliet ijiem., nhar il-gimgha 9, is-Sibt 10 u l-Gimgha 16 ta’ Mejju. Bhalissa kif wiehd jista jimmagina ghaddejjin l-ahhar preparamenti biex kollox ikun lest u dan il-festival jitgawda fil-qalba tar-raħal ta’ Ħal Għaxaq, propju f’Għaxaq Grounds biswit il-pjazza ewlenija.
Is-separju jiftaħ nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju permezz ta’ wieħed mill-iktar vucijiet mahbuba minna l-Maltin, Chris Norman li huwa l-kantant riginali tal-grupp tant mahbub Smokie. Ir-ripertorju ta’ dan il-kantant huwa vast ħafna però l-udjenza żgur li ser tkun qed tistenna b’tant ħeġġa wħud mis-suċċessi kbar tal-Grupp Smokie fosthom Living Next door to Alice, Needles and Pins, Don’t play your rock n Roll to me, Oh Carol u ħafna aktar. Is-serata ser tiftah bis-sehem tal-grupp Different Minds waqt li l-warm up ser isir min Dj Alex Grech. Jaghlaq s-serata Dj Pierre Cordina.
Imbagħad is-Sibt 10 ta’ Mejju, dawk kollha preżenti ser ikunu jistgħu jiddevertu flimkien mal-kantant Naplitan Gigi D’Alessio. F’dan il-kunċert uniku żgur li wieħed jistenna kanzunetti famużi taljani bħalma huma Non digli mai, Non mollare ma, Nuova bacio, Napule u hafna ohrajn. Jifteh s-serat b’kuncert shih Ivan Grech flimkien ma-Band tieghu. Jaghlaq is-serata Dj Ziggy.
Dawk kollha li għadhom ma xtrawx il-biljetti tagħhom għal dawn iż-żewġ serati impekkabbli li ser jiftħu l-istaġun sajfi, jistgħu jagħmlu dan billi jżuru www.showshappening.com. L-organizzaturi habbru ukoll li wara rispons tajjeb mill-isponsors u anke ghajnuna min entitajiet governattivi, ser jifthu area fejn id-dhul isir minghajr hlas fejn izda tintalab donazzjoni b’risq Dar Bjorn. Dan iwassal li dawn il-kuncerti ser ikunu miftuhin b’xejn ghal-familji Maltin u Ghawdxin.
L-organizzaturi ma waqfux hawn, u ddeċidew li jkomplu joffru spettaklu nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju permezz ta’ artisti differenti minn madwar id-dinja li ser jieħdu lil dawk preżenti fuq vjaġġ lura għad-disgħinijiet. Il-kunċert ta’ dakinhar ser ilaqqagħna ma’ Alice Dj, ICE MC u Ema Hewitt li żgur ser jinżlu għasel mal-udjenza. Tajjeb insemmu li dan il-kunċert ser ikun b’xejn, però jistgħu jinxtraw biljetti għall-VIP area minn www.showshappening.com.
Bħalma ġara fis-snin li għaddew, matul dan il-festival ser ikunu qed jinġabru donazzjonijiet għal għaqdiet differenti. Din is-sena, il-festival ser jittella’ b’risq Dar Bjorn. Fis-snin imghoddija ingabru ‘il fuq min Eur70,000
Għal aktar dettalji u informazzjoni nħeġġukom iżżuru l-paġna ta’ Facebook Summerlust Music Festival li tiġi aġġornata minn ġurnata għal oħra.Dan il-festival qiegħed isir taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Malti għall-Arti, Festivals Malta u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.