Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Giovanni Di Lorenzo barra għal Napoli kontra Juventus

Giovanni Di Lorenzo barra għal Napoli kontra Juventus

0
231

Il-kowċ il-ġdid ta’ Napoli, Walter Mazzarri, jinsab xi ftit inkwetat fuq il-kundizzjoni fiżika tad-difensur lemini Giovanni Di Lorenzo. Dan tal-aħħar weġġa’ waqt sessjoni ta’ taħriġ l-Erbgħa waranofsinhar u għalhekk kellu jitlaq qabel lejn daru.

Hekk kif filgħaxija sarulu xi testijiet, it-tobba ordnawlu sabiex jevita li jilgħab matul tmiem il-ġimgħa li ġej u għalhekk se jkun qed jitlef il-logħba tant importanti kontra Juventus mis-serie A Taljana.