Fi tmiem din il-ġimgħa fil-korsa tal-golf fil-Marsa, intlagħbet il-Johnny Walker Scratch Challenge Cup organizzata mir-Royal Malta Golf Club.
B’kollox ħadu sehem 92 kompetitur li kienu jikkonsistu minn plejers Maltin u barranin.
Fl-ewwel ġurnata, it-temp xejn ma kien favorevoli bir-riħ li tellef xi ftit lill-plejers għalkemm il-kundizzjonijiet tjiebu ferm fit-tieni ġurnata.
Fl-ewwel post spiċċa l-golfer Andrew Borg, b’JJ Micallef li temm fit-tieni pożizzjoni segwit minn Ruud Critien.
The Scratch Challenge Cup hi waħda mill-iktar kompetizzjonijiet antiki tar-Royal Malta Golf Club hekk kif ilha tiġi organizzata sa mill-1891.
Sadanittant kienet għaddejja wkoll il Kinnaird Trophy fejn Henry Redknap mill-Ingilterra rebaħ it-trofew hekk kif spiċċa fl-ewwel post. Eżatt warajh Panagiotis Baltzis tal-Greċja temm fit-tieni post segwit minn Herbert Froehlich mill-Ġermanja.
Fi tmiem dawn iż-żewġ tournaments, il-kaptan Benjamin Mangion flimkien mas-sur Alfred Braddick, rappreżentant tad-ditta Johnny Walker ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.