Wednesday, July 24, 2024

Golf: The Rest iżommu t-titlu

Aqra wkoll

The Rest baqgħu jżommu t-titlu tal-konfront annwali tal-aħħar tal-istaġun organizzat mir-Royal Malta Golf Club wara li spiċċaw fi draw ta’ 12-12 kontra Team Malta.

Fl-avveniment li ġie organizzat mir-Royal Malta Golf Club fil-Marsa, l-aqwa plejers Maltin lagħbu kontra dawk barranin li huma bbażati f’Malta.

Kienu tlett ijiem ferm impenjattivi għall-golfers Maltin li kellhom wirjiet tajbin għalkemm l-avversarji tagħhom irrispondew u dejjem ġabu l-iskor indaqs.

Fl-ewwel ġurnata ta’ logħob wara sitt logħbiet l-iskor kien dak ta’ 3-3. Fit-tieni ġurnata riservata għat-timijiet, il-Maltin rebħu 4-2 sabiex ħadu l-vantaġġ.

Minkejja kollox, fl-aħħar ġurnata li din id-darba kienet fuq bażi individwali, The Rest għaddew lil Maltin b’żewġ punti sabiex l-iskor finali kien dak ta’ 12-12. Dan l-iskor kien identiku għal dak tas-sena l-oħra fejn minkejja li dan il-konfront spiċċa fi draw, ir-regola tgħid li l-aħħar rebbieħ jibqa’ jżomm x-xabla ġaladarba l-Maltin ma ħadux rebħa. Fil-fatt tajjeb ta’ min jgħid li t-tifkira li tingħata f’dan ir-rigward hi xabla u mhux trofew. Dan it-turnament ilu jsir mis-snin sebgħin meta l-Ingliżi kienu għadhom f’pajjiżna.

Sadanittant tliet plejers rebħu l-logħbiet kollha li ħadu sehem fihom u dawn kienu Alex Hilblom
Ruud Critien u Jay Jay Micallef.

Fi tmiem l-attivita’, Jay Jay Micallef, captain ta’ Team Malta ippreżenta x-xabla lill-captain ta’ The Rest Ingo Sausmekat.

Ekonomija

Sport