Wednesday, July 24, 2024

Ħamrun Amateurs inkurunati champions tat-Tielet Diviżjoni tal-MAFA

Aqra wkoll

Ħamrun Amateurs ġew inkurunati bħala ċ-champions tat-Tielet Diviżjoni bil-kbir wara li rreġistraw l-akbar skor tal-istaġun meta għelbu lil Mosta Vikings 12-1.

Il-Ħamruniżi ġew maħsuda wara biss 10 minute meta kien Alaa Abedalbaki li f’kontrattakk veloċi sab il-ballun ma’ saqajh u għeleb lill-goalkeeper Ħamruniż Jean Paul Cachia.

Ħamrun ftit damu ma wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs żewġ minuti wara permezz ta’ Charlo Debattista. Dan tal-aħħar skorja żewġ gowls oħra f’temp ta’ minuta bejn it-28 u d-29 minuta b’Joyfred Farrugia jagħlaq l-ewwel taqsima 4-1 minn fuq.

It-tieni taqsima kien monologu Ħamruniż li skorjaw tmien gowls oħra permezz ta’ tripletta ta’ Charlton Mifsud, doppjetta ta’ Hajy Semu Maher u gowls oħra ta’ Josef Zammit, Jacob Camilleri u Charlo Debattista.

Fi tmiem il-konfront setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet Ħamruniżi li laħqu l-qofol tagħhom meta l-president tal-MAFA Salvu Borg ippreżenta t-tazza tat-tielet diviżjoni lill-captain ta’ Ħamrun Amateurs Larkin Portelli.

Referee kien Jonathan Balzan.

Ekonomija

Sport