Wednesday, July 24, 2024

Darren Abdilla kowċ ġdid ta’ Floriana

Aqra wkoll

Floriana ħatru lil Darren Abdilla bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom tal-ewwel tim.

L-eks kowċ ta’ Gżira United u Valletta se jkun qed jimla l-vojt li ħalla Mauro Camoranesi hekk kif il-Greens ma estendewx il-kuntratt tal-eks rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006.

“Floriana Football Club jixtieq iħabbar il-ħatra ta’ Darren Abdilla bħala Head Coach il-ġdid tagħna,” qal il-klabb fi stqarrija.

“Nilqgħu lil Darren b’antiċipazzjoni kbira u nistennew bil-ħerqa staġun eċċitanti taħt it-tmexxija tiegħu.

“Ejja ningħaqdu wara Darren u t-tim hekk kif naħdmu għas-suċċess!”

Abdilla ilu mingħajr klabb minn Jannar li għadda meta ddeċieda li jħalli l-kariga tiegħu ta’ kowċ ta’ Gżira United.

Il-kisba ewlenija tiegħu mal-Maroons waslet fil-UEFA Conference League fis-sajf li għadda meta minkejja li tilef numru ta’ plejers ewlenin xorta rnexxielu jmexxi lit-tim fit-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjoni għat-tieni staġun suċċessiv.

Abdilla mistenni jibda x-xogħol tiegħu x-xahar id-dieħel meta jmexxi t-taħriġ tal- pre-season, bi tħejjija għall-impenji ta’ Floriana fil-UEFA Conference League.

Ekonomija

Sport