Friday, May 17, 2024

GP tal-Azerbaijan: Charles Leclerc se jibda mill-ewwel pożizzjoni

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) irreġistra żewġ pole positions f’daqstant jiem meta rebaħ l-isprint shootout li sar għall-ewwel darba fil-Grand Prix.

Leclerc rebaħ l-pole għat-tiġrija tal-isprint tas-Sibt minkejja li kellu inċident fl-aħħar dawra tiegħu tas-sessjoni ta’ kwalifika li kienet waħda mqassra.

Huwa għeleb liż-żewġ sewwieqa tar-Red Bull, l-Olandiż Max Verstappen u l-Messikan Sergio Perez  liema riżultat kien jitqies bħala sorpriża.  

Is-sewwieq tal-Ferrari rreġistra ħin ta’ minuta u 40.203 sekondi fejn kien 0.188 ta’ sekonda veloċi aktar minn Verstappen. 

Mir-raba’ pożizzjoni se jibda l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u se jkun segwit mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes), l-Ispanjol Fernando Alonso (Aston Martin), il-Britanniku Lando Norris (McLaren) u l-Ġappuniż Yuki Tsunoda (Alpha Tauri). 

Wara li saru tliet tiġrijiet, dawk tal-Bahrain, l-Arabja Sawdija u l-Awstralja, il-klassifika ġenerali qed taqra hekk:  69 – Max Verstappen; 54 – Sergio Perez; 45 – Fernando Alonso; 38 – Lewis Hamilton; 20 – Carlos Sainz, Lance Stroll; 18- George Russell; 8 – Lando Norris.

Sport