Sunday, May 5, 2024

Luciano Zauri huwa l-coach il-gdid ta’ Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ħatru lill-ex player ta’ Lazio Luciano Zauri bħala l-coach il-ġdid għall-istaġun li ġej.

Ma ngħataw l-ebda dettalji dwar it-tul tal-kuntratt iffirmat minn Zauri li se jkun qed jimla l-vojt li ħalla Branko Nisevic li kien meħlus minn dmirijietu fi tmiem l-istaġun.

Zauri, li fost l-oħrajn lagħab ma’ Lazio u Sampdoria fis-Serie A Taljana, irtira minn player fl-2014.

Huwa mbagħad ingħaqad mat-team taż-żgħażagħ ta’ Pescara bħala coach, fejn baqa’ sejjer sal-Under-19s fl-2018. Wara esperjenza mat-team ta’ Bologna ta’ taħt id-19-il sena, huwa reġa’ ngħaqad ma’ Pescara, din id-darba bħala l-coach ewlieni tat-team tal-kbar fl-2022, u mexxa t-team għal seba’ logħbiet.

Sport