Wednesday, April 24, 2024

Investigazzjoni turi li l-allegazzjonijiet dwar il-YMCA kienu foloż

Aqra wkoll

L-Uffiċċju għall-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji qal fi stqarrija li mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija rriżulta li l-allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-YMCA kienu kollha foloz.

L-Uffiċċju tal-VOs qal li għandu konferma li l-allegazzjonijiet kollha li saru minn persuna b’identità falza huma infonadati u ma kien hemm ebda każ ta’ fastidju sesswali.

L-istqarrija qalet li dawn l-allegazzjonijiet kellhom ħsieb wieħed biss li jfixklu u jtappnu l-ġid kbir li tagħmel din l-għaqda f’pajjiżna.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji qal li wara li ntemmu dawn l-investigazzjonijiet u rriżulta li kienu kollha foloż kemm il-Kap Eżekuttiv kif ukoll il-persuna msemmija fil-każ reġgħu ħadu l-karigi li kellhom.

Sport