Is-sewwieq Britanniku Lewis Hamilton ġie skwalifikat mill-provi uffiċjali tal-Grand Prix ta’ Sao Paolo, il-Brażil, wara ksur tar-regoli fuq ir-rear wing.
Is-sewwieq tal-Mercedes qabeż is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tal-Ġimgħa fil-Brażil, jiġifieri, kien mistenni jibda mill-pole position għall-iSprint Race tas-Sibt filgħaxija.
Iżda riżultat ta’ ksur fir-rigward tad-DRS ta’ Hamilton, kellu jibda mill-aħħar post biex din hija daqqa ta’ ħarta oħra kbira għall-aspirazzjonijiet tiegħu għar-rebħ tat-titlu.
U biex l-affarijiet imorru aktar ħażin, irrispettivament fejn spiċċa fl-iSprint Race, huwa ngħata penalitá ta’ ħames postijiet.
It-team tal-Mercedes għamlu bidla fil-komponent tal-magna fuq il-karozza ta’ Hamilton qabel tmiem il-ġimgħa li wasslet għall-ewwel penalitá tiegħu fi tmiem il-ġimgħa, minħabba biża’ fuq l-affidabbiltà.
It-team ħabbar fuq Twitter li mhux se jappella d-deċiżjoni billi qal li jrid jirbaħ il-kampjonati tas-sewwieqa u tal-kostrutturi.
Din il-penalitá tipprovdi opportunità kbira għall-Olandiż Max Verstappen biex jestendi l-vantaġġ ta’ 19-il punt tiegħu fil-quċċata tal-klassifika u jxekkel iċ-ċansijiet ta’ Hamilton li jirbaħ il-kampjonat għal rekord ta’ tmien darbiet.