Wednesday, July 24, 2024

Graham Potter imfittex minn clubs Ewropej

Aqra wkoll

Bosta clubs madwar l-Ewropa wrew interess fi Graham Potter iżda l-eks manager ta’ Chelsea qed jieħu ż-żmien tiegħu biex jiddeċiedi x-xogħol li jmissu jieħu.

Potter tkeċċa minn Chelsea f’April 2023 u l-manager ta’ 48 sena kellu taħditiet mal-club Olandiż, Ajax.

Huma ilhom mingħajr manager permanenti minn Ottu­bru meta tkeċċa Maurice Steijn u John van‘t Schip kien fit-tmexxija fuq bażi temporanja.

Nhar il-Ħadd huma ġew megħluba 6-0 mir-rivali Feyenoord għall-ikbar telfa b’marġni ta’ sitt goals.

Ajax għandhom ukoll kwistjonijiet fil-livell tal-bord, u l-kap eżekuttiv tagħhom Alex Kroes ġie sospiż għal allegat frodi dan ix-xahar.

Potter kien ukoll imsemmi mar-rwol ta’ manager ta’ Manchester United jekk kellu jkun hemm bidla f’Old Trafford u Erik ten Hag kellu jitlaq.

Id-direttur sportiv li ġej ta’ Manchester United, Dan Ashworth, ħadem ukoll ma’ Potter meta kienu ma’ Brighton.

Għalkemm matul iż-żmien tiegħu fi Stamford Bridge ġiet ikkritikata l-forma tal-club fil-kampjonat, Potter wassal lil Chelsea għall-kwarti-finali taċ-Champions League.

Madankollu, huwa ħalla lill-Blues qabel ma tilfu kontra Real Madrid fl-istaġun li għadda.

Ekonomija

Sport