Thursday, July 25, 2024

Tennis: Jirbħu Matteo Berrettini u Danielle Collins

Aqra wkoll

It-Taljan Matteo Berrettini għeleb lill-Ispanjol Roberto Carballes Baena f’sets dritti biex rebaħ l-ewwel titlu fi kważi sentejn. Huwa għeleb lill-avversarju tiegħu 7-5 6-2 fil-Grand Prix Hassan II fil-belt Marokkina ta’ Marrakesh.

Berrettini temm is-sensiela ta’ disa’ reb­ħiet ta’ Baena fit-tournament, fejn kisirlu s-service darbtejn f’kull set biex rebaħ f’siegħa u 46 minuta.

It-tournament kien biss it-tielet tiegħu minn mindu rritorna minn injury fl-għaksa, li żammitu barra għal sitt xhur.

Il-Pollakk Hubert Hurkacz, rebaħ l-ewwel titlu ATP tal-istaġun b’rebħa ta’ 6-3 6-4 kontra l-Ispanjol Pedro Martinez fl-Estoril Open fil-Portugall.

Ben Shelton rebaħ finali kollha Amerika­na tal-US Clay Court Championship fi Houston billi għeleb liċ-champion tal-2023, Frances Tiafoe, 7-5 4-6 6-3.

Il-forma rikka ta’ Danielle Collins f’dak li se jkun l-aħħar staġun tagħha kompliet hekk kif għelbet lir-Russja, Daria Kasatkina, 6-2 6-1, f’77 minuta, biex rebħet iċ-Charleston Open wara li l-ġimgħa l-oħra rebħet il-Miami Open.

L-Amerikana, li ħabbret pjani biex tirtira fi tmiem dan l-istaġun minħabba saħħitha, issa rebħet 13-il partita konsekuttiva.

Ekonomija

Sport