Sunday, December 22, 2024

Grech isostni li għandu ġenn biex joffri ħajja aħjar lill-Maltin f’pajjiżna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jien għandi ġenn biex noffrilek dik il-ħajja aħjar f’pajjiżna. Jien u sħabi għandna ferħ ta’ ġenn biex ngħinuk u għalhekk hemm bżonn li tkun magħna biex int turi lil kulħadd li għandek tama u fiduċja li l-Partit Nazzjonalista jista’ jagħtik il-ħajja aħjar f’pajjiżna b’investiment veru fik”. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista fuq NET FM filwaqt li kompl biex jattakka lil Dr Abela u lill-gvern li skontu mhux jindirizzaw il-problemi bl-aħjar soluzzjonijiet.

Rigward it-tema waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza ‘Ħajja aħjar f’Pajjiżna’ Grech qal li pajjiżna jixraqlu pilastri ekonomiċi ġodda biex ma nibqgħux dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ ħaddiema barranin.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll li l-poplu m’għadux qiegħed jara lil Robert Abela bħala l-persuna li jista’ joħroġ bis-soluzzjonijiet għax dan il-gvern falla saħansitra fuq l-iktar ħaġa bażika li hija l-immaniġjar tal-iskart.

Grech qal li l-popolazzjoni rdunppjat f’dawn l-aħħar għaxar snin għax dan il-pajjiż firex it-tapit aħmar lil diversi barranin minn pajjiżi minn barra mill-Unjoni Ewropea.

Huwa sostna li dan il-gvern huwa miżgħud bl-iskandli u hemm Kummissaju li qiegħed rieqed filwaqt li jkompli jaqdi lil tal-klikka. Saħaq li l-Kummissarju għandu jqum mir-raqda u li l-korp jinvestiga fejn hemm bżonn.

Temm jgħid li dan il-pajjiż għandu bżonn lill-Partit Nazzjonalista għax bl-ideat u l-pjan tiegħu, jistgħu jagħtu ħajja aħjar lin-nies.

Ekonomija

Sport