Saturday, December 21, 2024

Grech jgħid li l-missjoni tal-PN hi li jtejjeb il-ħajja ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin 

Aqra wkoll

Pajjiżnagħandu bżonn bidla reali li jaħdem għal dawk kollha li jemmnu fil-ġid komuni u Gvern li jaħdem dwar kif ser ngħollu l-kwalità tal-ħajja. Il-missjoni tal-Partit Nazzjonalista hi dik li jtejjeb il-ħajja ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt it-tielet sessjoni plejnarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. 

Grech sostna li lil Malta jaraha bħala żagħżugħa li għandha d-determinazzjoni li tasal u bil-għaqal tagħżel dak li jista’ jħalli l-frott u li pajjiżna taħt Gvern Nazzjonalista ser tinvesti f’niesha. Spjega li sabiex pajjiżna jieħu r-ruħ hemm bżonn verament governanza tajba li mhux tiġi attwata bl-islogans imma bl-eżempji.

Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-PN irrimarka li ‘Malta Żagħżugħa’ hija garanzija għal futur, b’mudell ta’ ekonomija ġdida ta’ valur miżjud. B’impjiegi li jħallsu u li fihom valur. Malta Żagħżugħa temmen li kull persuna jkollu aċċess għal kura tas-saħħa kif jixraq. Sistema edukattiva orjentata għal ġejjieni. Turiżmu li jippromovi l-kultura u n-natura ta’ pajjiżna li jkun mifrux fuq is-sena kollha. Malta Żagħżugħa fejn kulħadd iħossu sigur, bil-liġi u l-ordni rispettati. 

Enfasizza li dan apparti li l-ambjent għandu jkun fuq nett tal-aġenda politika – anke bil-wegħedha li l-ambjent jiġi kwalifikat bħala dritt fundamentali tal-bniedem fil-Kostituzzjoni ta’ Malta. Tenna  li l-Partit Nazzjonalista għandu resposabbiltà biex jibni Malta aħjar.

Ekonomija

Sport