Sunday, February 2, 2025

Grech jgħid li l-PN se jirranġa “t-telqa f’Għawdex”

Aqra wkoll

Meta kien qed jindirizza attività politika f’Għajnsielem, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed isewwi l-ħsara u jirranġa t-telqa li skontu hemm f’Għawdex.

Dr Grech qal li Għawdex taħt Partit Nazzjonalista ġdid fil-Gvern se jkun qiegħed iħaddem ekonomija li tant tkun b’saħħitha li minflok il-ġid ifur minn Malta għal Għawdex, il-ġid se jkun qed ifur minn Għawdex għal Malta. 

Huwa kompla jgħid li f’Għawdex huma għandhom miri ċari. “Biex l-ekonomija f’Għawdex tikber u noħolqu aktar impjiegi, imma anke impjiegi li jrendu pagi tajbin, hemm bżonn il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer,” qal Dr Grech filwaqt li semma kif il-PN mhux biss se jibni jew jixtri r-raba’ vapur ġdid għal Għawdex iżda qal li “jista’ jkun li jkollna bżonn il-ħames vapur”. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li huma joħolmu u jwettqu u għalhekk “port ikbar għal Għawdex u anke żieda fis-servizzi tal-fast ferry.” Ma’ dawn huwa qal li l-PN se jkun qiegħed jinvesti fil-blue economy filwaqt li tkellem dwar infrastruttura diġitali b’saħħitha. 

Dr Grech tenna wkoll li se jkunu qegħdin iwettqu miżuri li jsaħħu l-kwalità tal-ħajja u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, billi fost oħrajn se jkunu qegħdin isaħħu l-liv tal-maternità u l-paternità.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport