Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li l-politika tal-PN hija ffukata fuq l-futur ta’ pajjiżna

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-uniku alternattiva reali għal Robert Abela huwa l-Partit Nazzjonalista. Kompla billi qal li l-poplu Malti u Għawdxi għandu jagħti l-ewwel preferenzi lill-kandidati li qed jikkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista .

Dan iddikjarah Bernard Grech matul id-djalogu li ttella’ fil-lokalità t’Għajnsielem, fejn spjega wkoll li l-politika tal-Partit Nazzjoanlista se tibqa’ tagħti prijorità lil Għawdex u li tiffoka fost l-oħrajn li ssaħħaħ il-kwalità tal-ħajja aħjar lill-Għawdxin u li ttejjeb u toħloq impjiegi f’Għawdex. 

Grech qal li l-PN ilu snin li tkellem dwar politika differenti mhux mibnija fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni, b’investiment fil-poplu Malti, fost l-oħrajn anki fl-infrastruttura tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport