Tuesday, May 14, 2024

Grupp pro-Ukren u pro-Belaruss jeqred ajruplan tal-ispija ta’ Putin li jiswa iktar minn £250 miljun

Aqra wkoll

“Huwa kkonfermat li l-missjoni sigrieta f’Machulishchy biex jinqered ajruplan Russu rari kienet suċċess,” kiteb il-ġurnalist Belarussu Franak Viacorka f’messaġġ li qasam fuq Twitter fejn indika li l-moħħ wara din l-azzjoni kienu sapporters tal-Ukrajna u l-Belarussja.

“Ninsab tassew kburija bil-Belarussi li qed ikomplu jirreżistu l-forzi Russi fil-Belarussja u li qed jgħinu lill-Ukreni fil-ġlieda tagħhom favur il-libertà tal-Ukrajna,” kitbet l-attivista politika Belarussa, Sviatlana Tsikhanouskaya, fuq Twitter.

Skont il-Midja Ingliża Metro, qed jiġi rrappurtat li ajruplan tal-ispija Russi li jiswa madwar £274 miljun inqered f’attakk mill-ajru qrib Minsk li kien organizzat minn grupp ta’ nies pro-Ukrajna u pro-Belarussja.

L-ajruplan li nqered, tal-mudell A-50U, bin-numru ta’ reġistrazzjoni RF-50608, wasal fil-Belarussja fit-3 ta’ Jannar u wettaq numru ta’ attakki fuq l-Ukrajna. Ir-Russja għandha sitta biss minn dawn l-ajruplani moderni, b’kull wieħed minnhom għandu 15-il membru tal-ekwipaġġ.

Il-grupp Belarussu tad-drittijiet umani, Viasna, iktar kmieni llum qal li mara qed tinżamm f’Machulishchy, però s’issa għadu mhux magħruf jekk kellhiex x’taqsam ma’ dan l-allegat każ ta’ sabutaġġ tal-ajruplan.

Sport