Saturday, July 25, 2026
Home Internazzjonali Grupp ta’ attivisti jiġu arrestati fil-Fontana Di Trevi

Grupp ta’ attivisti jiġu arrestati fil-Fontana Di Trevi

0
422
Ritratt: Walter Sargent

Grupp ta’ persuni ġew arrestati wara li xerrdu likwidu iswed fil-Fontana Di Trevi waqt protesta ambjentali. Filmat mibgħut lil dan is-sit juri saħansitra Pulizija jkaxkru xi dimostranti li rreżistew l-arrest.

L-attivisiti kienu qegħdin jieħdu sehem f’kampanja favur l-ambjent biex kemm jsita’ jkun wieħed jibża’ għar-riżorsi naturali li hawn fid-dinja.

Hekk kif daħlu fil-funtana huma bdew jgħajtu “pajjiżna qed imut”. Dak il-ħin tal-protesta kien hemm mijiet kbar ta’ turisti li kienu qegħdin igawdu waħda mill-isbaħ żoni li hemm fil-kapitali Taljana – Ruma.