Monday, May 13, 2024

Grupp ta’ nies fir-Renju Unit jinjoraw lill-awtoritajiet biex jingħaqdu jċapċpu lill-ħaddiema tal-NHS

Aqra wkoll

Aġir li qajjem kontroversja hekk kif il-maġġoranza tan-nies qalu li l-awtoritajiet mhux ċapċip iridu iżda ubbidjenza

Ir-Renju Unit bħalissa jinsab fl-eqel tal-pandemija tal-COVID-19. Il-ħaddiema kollha li jaħdmu fl-NHS jinsabu għaddejjin b’ħidma ma taqta’ xejn biex jissalvagwardjaw lil dawk infettati kif ukoll lil dawk li mhumiex. 

Preżentament ukoll, fir-Renju Unit hemm imposti numru ta’ miżuri, fosthom lockdown. Minkejja dan, gurpp ta’ individwu ddeċiedew li jagħtu ommaġġ lill-ħaddiema tal-NHS u għalhekk iltaqgħu fuq il-pont Westminister u bdew iċapċpu bħala turija ta’ rispett. 

Ovvjament dan l-aġir nissel rabja u diżgust fost il-maġġoranza tal-poplu Brittaniku. Dan għaliex dawn in-nies qed jipperikolaw ħajjithom, ħajjet ħaddieħor u l-ħajja tal-istess nies li għalihom qed joffru ċ-ċapċipa. 

Din l-istess rabja rajniha f’pajjiżna meta minoranza ta’ nies iddeċiedew li jmorru fuq il-bajjiet madwar Malta  jixxxemxu.

Sport