Grupp ta’ xjenzati maqbuda għal 10 xhur f’bażi żgħira fl-Antartika bagħtu email jitolbu biex ikunu salvati hekk kif membru tat-tim tagħhom hedded li joqtol kollega. Il-gruppp mill-Afrika t’Isfel indika wkoll li kien hemm attakk sesswali mill-istess agressur.
Huma ntbagħtu fil-bażi “Sanae IV”, li hija ffokkata fuq ir-riċerka fl-Antartika u ilhom iżolati f’din il-missjoni għall-mill-inqas 10 xhur. It-temp estrem jagħmilha diffiċli ħafna, kważi impossibbli, biex wieħed jidħol u joħroġ miż-żona fejn jinsabu. Fil-fatt hemm eluf ta’ mili bejn il-post fejn jinsab dan it-tim u l-kontinent ta’ oriġini tagħhom. Dan allura jħalli lill-grupp iżolat kompletament mill-bqija tad-dinja u m’għandhom xejn ħlief lil xulxin.
Wieħed minn dawn ir-riċerkaturi li bagħat il-korrispondenza elettrronika lill-ġurnal “South Africa’s Sunday Times” kiteb li, “issa membri ta’ dan il-grupp huma mbeżża’ minħabba li wieħed minnom hedded lit-tim kollu. Sfortunatament, l-atteġġjament tal-agressur eskala sal-punt li huwa inkwetanti. B’mod speċifiku dan attakka fiżikament wieħed minna u aktar minnhekk, hedded li joqtlu. Konsegwenza ta’ dan ngħixu f’ambjent ta’ biża’ u intimidazzjoni. Ninsab inkwetat ħafna għas-sigurtà personali tiegħi u l-ħin kollu nistaqsi lili nnifsi jekk inix se nkun il-vittma li jmiss”.