Sunday, December 22, 2024

Gudja United jiksbu s-servizzi ta’ tliet players ġodda

Aqra wkoll

Gudja United kisbu s-servizzi ta’ tliet players ġodda – id-difensur ċentrali Franċiż ta’

27 sena Rodrigue Nanitelamio, il-midfielder Taljan ta’ 24 sena Ernesto Gentile u l-attakkant Niġerjan ta’ 24 sena Ibrahim Salis.

Rodrigue Nanitelamio beda l-karriera tiegħu f’AS Cannes fi Franza u wara lagħab ma’ CF Vilanova fi Spanja, Spartak Pleven fil-Bulgarija, Forfar Athletic fl-Iskozja, US Raon l’Etape fi Franza, Al-Suwaiq fl-Oman, Drava Ptuj fis-Slovenja u Sai Gon fil-Vjetnam.

Ernesto Gentile beda l-karriera tiegħu ma’ Cosenza u wara lagħab ma’ Mantova, Santarcangelo, Palmese u San Marco Servigliano.

Ibrahim Salis ġie jilgħab Malta meta kien għad kellu 19-il sena biex jingħaqad ma’ Swieqi United u wara tliet snin mal-klabb, ingħaqad ma’ Al-Diraiyah FC fl-Arabja Sawdija. Irritorna Malta fis-sajf tal-2022 biex jerġa’ jingħaqad mas-Swieqi.

Ix-xahar li għadda, Gudja ħatru lil Renzo Kerr Cumbo bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom u rrilaxxaw numru ta’ players fosthom Luke Grech, Karl Micallef, Sean Cipriott, Yaren Sozer, Mateo Cassino, Marvin Santiago Angulo Perea u Abou Toure.

Ekonomija

Sport