Thursday, March 28, 2024

Ġuvni ta’ 17-il sena akkużat li weġġa’ pulizija wara li nqabad isuq fil-Floriana

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 17-il sena tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda rreżista bi vjolenza uffiċjal tal-pulizija kif ukoll li weġġgħu ħafif. Hu kien qiegħed jiġi arrestat wara li nqabad isuq karozza mingħajr liċenzja tas-sewqan fil-Floriana.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Kevin Pulis u Gabriel Micallef akkużatu wkoll li ma riedx jagħti d-dettalji tiegħu lill-uffiċjal tal-pulizija li kien fuq il-post.

Fil-Qorti l-Ispetturi qalu li l-pulizija nnutaw karozza misjuqa li mill-ewwel deher li kienet qed tinsaq minn persuna taħt l-età. Il-pulizija talbu lil ġuvni biex jieqaf fil-ġenb tat-triq u maeta talbu biex jagħti karta tal-identità hu tahom liċenzja skaduta u ta’ persuna oħra.

Kien hawn li l-pulizija talbu lil ġuvni biex joħroġ mill-karozza, iżda minflok ma obda, għafas il-gass u b’veloċità saq bil-konsegwenza li kaxkar pulizija miegħu.

Hu rnexxielu jaħrab minn fuq il-post, iżda minnfih bdiet tfittxija fid-dar tal-ġenituri tiegħu u anke fid-dar tat-tfajla tiegħu. Kien aktar tard li l-ġuvni li ismu mhux qed jixxandar fuq ordni tal-qorti ta ruħu b’idejh lill-pulizija.

Fil-Qorti ntqal li hu kien għaddej minn problemi f’ħajtu u jidher li kienu dawn il-problemi li wasluh għal dak li għamel. Missieru stqarr mal-pulizija li ibnu kien imur joqgħod id-dar meta jfettillu.

Il-Maġistrat ordnat biex għalissa l-akkużat jibqa’ jinżamm arresta fil-Young Offenders Rehabilitation Services.

Ekonomija

Sport