Monday, April 29, 2024

18-il persuna mejtin u 100 oħra midrubin f’attakk fil-kapitali tas-Sudan

Aqra wkoll

Mill-inqas 18-il persuna spiċċaw mejtin u aktar minn 100 persuna kellhom jiddaħlu l-isptar għal kura wara attakk bir-rokets fuq il-belt kapitali tas-Sudan – Khartoum.

Is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż kompliet tmur għall-agħar fl-aħħar sigħat hekk kif tentattiv biex ikun hemm waqfien mill-ġlied falla u kull negozjati li kienu mmexxija mill-Istati Uniti u l-Arabja Sawdita fallew.

Il-persuni mejtin u anke l-midrubin huma kollha ċivili u fl-ebda ħin ma kienu qegħdin jipprovaw jiġġieldu. Lanqas biss kienu armati.

Skont tobba fl-isptarijiet madwar il-kapitali s’issa nqatlu 883 persuna fil-ġlied li ilu għaddej ġimgħat. Dan in-numru jista’ jkun wieħed ‘il bogħod minn dak reali hekk kif ħafna persuni li qegħdin jinqatlu qegħdin jindifnu mingħajr ebda dikjarazzjoni li mietu.

Sport