Bla dubјu ta’ xeјn il-familji Maltin u Għawdxin illum-il ġurnata qed igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan hekk kif grazzi għall-ħidma tal-Gvern, il-kwalità tal-għajxien tan-nies tjiebet ferm. Dan kien possibbli permezz tal-għadd ta’ miżuri soċjali li ddaħħlu matul is-snin b’mod partikolari mill-2013 lil hawn.
Il-Gvern introduċa għadd ta’ miżuri soċjali li jista’ jingħad li jolqtu lil membri tal-familji kollha minn tfal u żagħżagħ sa pensjonanti. Illum-il ġurnata l-familji qed igawdu b’mod sikur minn sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, childcare u trasport pubbliku bla ħlas, żidiet fl-istipendji u fil-pensjonijiet, biex insemmu ftit minn dan kollu.
Biss biss, ta’ min wieħed isemmi kif l-investiment fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali kompla jirranka matul l-2025 biex laħaq l-ogħla livell ta’ kull żmien. Benefiċjarji kontributorji u dawk mhux kontributorji bejniethom tħallsu madwar €1.62 biljun – investiment li kien jirrappreżenta 21% tan-nefqa rikorrenti globali tal-Gvern matul is-sena u d-doppju tal-ammont ta’ benefiċċji mħallsa fis-sena 2013.
Minbarra f’dan, l-edukazzjoni u s-saħħa huma wkoll b’xejn għal kulħadd, grazzi għall-ekonomija nazzjonali li kulma jmur qed tkompli tikber u li l-poplu kollu qed igawdi mill-frott tagħha. Apparti dan kollu, insemmu l-fatt li l-familji Maltin u Għawdxin qed jibbenefikaw minn għotjiet ġodda u mtejba għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ilma.
Barra l-aspett soċjali, din l-inizjattiva tenfasizza l-importanza li l-familji jagħmlu għażliet sostenibbli li jagħmlu sens u b’hekk jintlaħqu l-għanijiet ambjentali ta’ Malta, filwaqt li fl-istess ħin jgħinu lill-familji jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom.
B’dawn il-miżuri kollha jixhdu li l-Gvern preżenti huwa Gvern tan-nies u għan-nies. Għalhekk ma jistax jonqos illi l-ġid li qed jinħoloq, se jkomplu jgawdu minnu l-familji Maltin u Għawdxin, b’attenzjoni partikolari tingħata wkoll lil dwk l-iktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna sabiex il-kwalità tal-ħajja tagħhom tkun dejjem aħjar.


