Tuesday, April 21, 2026

Il-BOV Isaħħaħ l-Appoġġ Tiegħu lill-Industrija tal-Avjazzjoni Maltija

Aqra wkoll

Il-Belt Valletta, Malta – Il-Ħamis, 16 ta’ April 2026 — Aviation Malta u Bank of Valletta (BOV) għadhom kif ospitaw business breakfast ta’ livell għoli fil-Phoenicia Malta, li ġabar flimkien mexxejja tal-industrija, investituri u stakeholders biex flimkien jesploraw il-vantaġġi kompetittivi ta’ Malta u x-xenarju ta’ servizzi finanzjarji speċjalizzati li kulma jmur dejjem qed jevolvu. 

Aviation Malta twaqqfet fl-2019 u għandha rwol ewlieni fit-tkabbir u l-iżvilupp tas-settur. L-għan tagħha huwa li tgħin lil Malta tissaħħaħ bħala ċentru popolari għall-avjazzjoni u n-negozju.

L-attività nfetħet minn Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-BOV. Fid-diskors tiegħu, is-Sur Farrugia ta l-isfond tad-diskussjoni  billi enfasizza r-reżiljenza ekonomika ta’ Malta, ir-rwol importanti tas-settur tal-avjazzjoni fil-kuntest tal-ekonomija nazzjonali, u l-impenn tal-Bank li jappoġġja t-tkabbir tan-negozju permezz ta’ soluzzjonijiet finanzjarji mfassla apposta.

Saret preżentazzjoni minn Aldo Scardino, responsabbli mill-funzjoni tal-international corporate banking fi ħdan il-BOV kif ukoll mis-sezzjoni tal-iSpecialised Business Banking. Huwa spjega l-għanijet strateġiċi prinċipali li jsostnu l-proposta tal-Bank fir-rigward ta’ servizzi finanzjarji speċjalizzati  għan-negozju.

Is-sessjoni ffukat fuq erba’ temi ewlenin:

  • Il-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni għan-negozju: Dawk preżenti ngħataw ħarsa ġenerali lejn il-pedamenti ekonomiċi b’saħħithom ta’ Malta, il-pożizzjoni ġeografika strateġika tagħha, u qafas regolatorju stabbli, li flimkien isostnu l-attrazzjoni tal-pajjiż għall-investiment internazzjonali u l-espansjoni tan-negozju.
  • Is-sistema bankarja u l-ambjent regolatorju: Il-parteċipanti kisbu għarfien dwar is-settur bankarju Malti, kapitalizzat tajjeb u rregolat b’mod rigoruż, li jopera fi ħdan il-qafas tal-Bank Ċentrali Ewropew u jiggarantixxi stabbiltà, trasparenza u konformità ma’ standards internazzjonali.
  • Il-Bank of Valletta: Il-preżentazzjoni enfasizzat l-irwol tal-BOV bħala l-istituzzjoni bankarja ewlenija ta’ Malta, u saħqet fuq il-prestazzjoni finanzjarja b’saħħitha tal-Bank, b’pożizzjoni ta’ kapital sod, u tmexxija fit-tul fis-suq bħala sieħeb ta’ fiduċja għan-negozji.
  • Il-Bank of Valletta bħala sieħeb bankarju strateġiku: Is-sessjoni ntemmet b’enfasi fuq kif il-BOV jappoġġja n-negozji permezz ta’ servizzi bankarji speċjalizzati, għarfien tas-settur, u approċċ ibbażat fuq relazzjoni ma’ klijenti, imfassal biex jilqa’ l-ħtiġijiet li dejjem jinbidlu,  kemm tal-klijenti lokali kif ukoll dawk internazzjonali fl-industrija tal-avjazzjoni.

Kenneth Farrugia saħaq dwar l-irwol kruċjali li s-settur tal-avjazzjoni jilgħab fir-reżiljenza u t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta, filwaqt li nnota l-impenn tal-Bank of Valletta biex jappoġġja lil dan is-settur b’soluzzjonijiet finanzjarji mmirati. Huwa tkellem ukoll dwar il-post strateġiku li joffri l-pajjiż kemm għas-settur tal-avjazzjoni, kif ukoll dak marittimu. Dawn huma opportunitijiet li jistgħu jiġu sfruttati permezz ta’ kollaborazzjoni. Farrugia temm jgħid li żvilupp koordinat, kif jidher fis-servizzi finanzjarji, ikun ta’ benefiċċju għall-partijiet interessati kollha.

Aldo Scardino nnota li Malta hija ġurisdizzjoni b’saħħitha u kredibbli li tikkompeti tajjeb maċ-ċentri finanzjarji ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Huwa enfasizza l-mudell tan-negozju konservattiv, kapitalizzat tajjeb u b’likwidità għolja tal-Bank of Valletta, li jappoġġja stabbiltà fit-tul għall-klijenti internazzjonali. Is-Sur Scardino żied jgħid li l-Bank iħares lejn il-fornituri tas-servizzi korporattivi bħala sħab ewlenin fit-tul biex jaqdu klijenti komuni.

Dan il-business breakfast jifforma parti minn sforzi kollaborattivi kontinwi bejn Aviation Malta u Bank of Valletta biex jippromwovu lil Malta bħala ċentru ewlieni għan-nego

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport