Raġel ta’ 40 sena u jgħix Ħal Qormi, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jaħdem fi triq il-Kaċċatur, Ħal Qormi.
Kienu xi s-6.00am, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li x’aktarx hemm raġel maqbud fi trakk tal-ġbir tal-iskart. Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġie kkonfermat ir-rapport.
Sfortunatament, huwa ġie ċċertifakat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, u kif ukoll dawk tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol, għadhom għaddejjin.


