Ilbieraħ, għall-ħabta tat-8.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mercedes Benz E220 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħal Tarxien u mutur Peugeot Tweet misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 23 sena u jgħix Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


