Monday, July 15, 2024

Gwardjana f’ħabs f’Iżrael tammetti li kellha x’taqsam sesswalment ma’ priġunieri Palestinjan

Aqra wkoll

Gwardjana ta’ ħabs f’Iżrael ġie imkeċċija mix-xogħol wara allegazzjonijiet li kien qiegħed ikollha x’taqsam sesswalment ma’ priġunier Palestinjan.

Il-midja Iżraealjana qalet li l-gwardjana ammettiet li kienet intima ma’ raġel Palestinjan li kien wettaq attakk fuq persuni ċivili f’Iżrael. Skont dak irraportat fil-midja internazzjonali, il-gwardjana kienet tagħmel parti mill-armata Iżraeljana fejn il-maġġoranza tan-nisa għandhom l-obbligu li jservu lill-pajjiż fl-armata għal sentejn. Hija kienet stazzjonata f’wieħed mill-ħabsijiet li hemm madwar il-pajjiż.

Hija tressqet il-Qorti fl-aħħar sigħat u fuq ordni tal-istess qorti l-ismijiet tal-gwardjana u anke tal-ħabsi ma jistgħux jiġu ppubblikati.

Il-pulizija qalu fil-qorti li waqt l-interrogazzjoni, il-gwardjana qalet li kien hemm mill-inqas 4 gwardjani nisa oħrajn li kien qiegħed ikollhom x’jaqsmu sesswalment mal-istess raġel.

Ekonomija

Sport