Wednesday, April 24, 2024

Gzira United jikkonvinċu u jegħlbu lil Sirens

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens …………..1

Gzira Utd …….3

Gzira United irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 3-1 biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Dan ifisser li Sirens naqsu li jitilgħu fir-raba’ pożizzjoni wara li kienu ġejjin minn reb­ħa fuq Floriana.

Kienu l-Maroons li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss minuta logħob huma resqu viċin meta d-daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Bohrer Mentz ġiet salvata f’corner mill-goalkeeper Jonathan Debono.

Sirens wieġbu fl-14-il minuta meta Kemar Reid qabeż żewġ players  avver­sarji qabel kellu x-xutt tiegħu mill-viċin salvat mill-goalkeeper Darijan Radelic Zar­kov.

Fid-19-il minuta, il-Gżirjani reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Nikolai Muscat li iżda ntemm ftit barra.

Huma komplew jippersistu u fid-29 minuta fetħu l-iskor meta JEFFERSON DE ASSIS avvanza fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx tefa’ fix-xibka.

Iżda Sirens wettqu reaz­zjoni u fid-39 minuta rebħu penalty meta Zarkov waqqa’ lil Fernando Brandon fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu BOGDAN GAVRILA li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Zarkov in-naħa l-oħra.

Gzira wieġbu mill-azzjoni li segwiet meta Maxuel Maia kellu x-xutt tiegħu imdawwar f’corner b’mod spettakolari minn Debono.

Il-Maroons ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fid-49 minuta reġ­għu marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ STEVE PISANI.

Fit-80 minuta, Gzira ssi­ġillaw ir-rebħa minn xutt ta’ YURI DE JESUS MESSIAS  minn barra l-kaxxa li ħa­sad għal kollox lil Debono.

Sirens: 1-Jonathan Debono, 7-Bogdan Gavrila (31-Degran Jackson 64), 9-Kemar Reid, 10-Fernando Brandon, 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli (11-Alfred Effiong 73), 22-Alex Cini (18-Conor Borg 81), 23-Francis William Avoce, 30-Carlos Riascos (8-Rei Tachikawa 81)   – Coach: Winston Muscat

gzira u.: 30-Darijan Radekic Zarkov, 3-Gabriel Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8- Zach Scerri, 11-Yuri De Jesus Messias (19-Martin Davis 92), 11-Nevin Portelli, 91-Maxuell Maia (9-Emmanuel Mbong 85), 94-Jefferson De Assis (17-Clive Gauci 69), 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS:  J. De Assis 29, S. Pisani 49, Y. De Jesus Messias 80 (GU), B. Gavrila pen. 39 (S)

AMMONITI: D. Albanese (S), G. Bohrer Mentz, D. Radelic Zarkov, Z. Scerri (GU)

Sport