Thursday, December 26, 2024

Gżira Utd u Birkirkara St Helen’s jibqgħu fil-quċċata

Aqra wkoll

Gżira United u Birkirkara St Helen’s baqgħu jżommu l-quċċata tal-klassifika tal-VMFA Cisk Premier League meta rebħu l-konfronti tagħhom.

Il-Maroons xejn ma sabuha faċli sabiex jirbħu lil Hibernians 3-2. Kienet logħba ferm movimentata bir-riżultat inċert sal-aħħar minuta.

Gilbert Camilleri Lowell skorja doppjetta filwaqt li Dino Cachia żied ieħor għat-tim tiegħu. Glenn Bonello skorja doppjetta għal Hibernians.

Birkirkara St Helen’s kisbu skor konvinċenti ta’ 9-3 kontra Rabat Veterans.

Firas Aboulezz kien ta’ ispirazzjoni għall-Karkariżi meta sab ix-xibka tliet darbiet b’Malcolm Bugeja u Daniel Cremona li jiskorjaw doppjetta kull wieħed. Kevin Sammut u Andy Portelli għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Rabat skorjaw it-tliet gowls tagħhom permezz ta’ Darren Galea, Timothy Zammit u Joseph Caruana.

Iċ-champions MFPA kienu dominanti fuq it-tim tal-qiegħ Żurrieq Wolves hekk kif rebħu 7-0.

Mark Barbara kien f’forma mill-aqwa meta skorja erba’ gowls, Thomas Paris kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Roderick Bajada ukoll niżżel ismu fost l-iskorers.

Żejtun Red Stars irritornaw għar-rebħ bi stil meta għelbu lil Luxol 6-3.

Iż-Żwieten kellhom logħba ferm pożittiva fejn Malcolm Camilleri u Pierre Spiteri skorjaw doppjetta kull wieħed b’Renjos Farrugia u Nikolai Filipov li kienu wkoll fost l-iskorers.

Luxol żammew mal-avversarji tagħhom b’gowls ta’ Manolito Micallef, Michael Galea u Luke Satariano.

Ekonomija

Sport