Monday, May 6, 2024

Lija Athletics B fit-tielet post wara rebħa tajba

Aqra wkoll

Lija Athletics B telgħu fit-tielet post tal-klassifika tal-Enemed Women’s Futsal League hekk kif għelbu lil University of Malta ACJ Group 2-1.

Kienet logħba ferm movimentata u bilanċjata bejn żewġ timijiet li riedu jżommu l-pożizzjoni tagħhom ferm ‘il fuq fil-klassifika.

It-tieni tim minn Ħal Lija kiseb vantaġġ minimu sa tmiem l-ewwel taqsima u għalkemm l-Universitarji ġabu l-iskor indaqs, l-avversarji tagħhom xorta kisbu l-gowl rebbieħ lejn l-aħħar.

Lised Romero poġġiet lil Lija B minn fuq sabiex Maria Mizzi ġabet l-iskor indaqs għal University of Malta ACJ Group.
Il-gowl rebbieħ ta’ Lija B wasal fit-tieni taqsima permezz ta’ Cheryl Cachia.

Referees kienu Jean Pierre Mifsud u Jonathan Balzan.

Santa Margerita kisbu rebħa kbira ta’ 7-1 kontra t-tim tal-qiegħ Parr Mela Rockets Futsal.

Kif jindika l-iskor, Santa Margerita ddominaw dan il-konfront u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa’ 4-1 minn fuq. Fit-tieni taqsima, huma żiedu l-vantaġġ tagħhom sabiex issa jinsabu fil-ħames pożizzjoni tal-klassifika.

Audrienne Chetcuti, Rohanne Zahra u Ilenia Navarro skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Shakira Bugeja għaqqdet l-iskor għat-tim tagħha.

Angie Chacon skorjat l-uniku gowl għal Parr Mela.

Referees kienu Danilo Francalanza u Stefania Bonnici.

KLASSIFIKA – ENEMED WOMEN’S FUTSAL LEAGUE

Mtarfa 13, Lija Athletics A 10, Lija Athletics B 9, University of Malta ACJ Group , Santa Margerita Futsal 7, Swieqi United 6, Parr Mela Rockets Futsal 0

Sport