Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:30 a.m.,, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai I20 misjuqa minn Filippin ta’ 41 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur Honda ADV misjuq minn raġel ta’ 29 sena u jgħix l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


