Monday, May 13, 2024

Ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tal- 3:45 p.m. seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fl-inħawi tac-Central Link f’Ħ’Attard, direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ preliminari illi sar jirriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Honda Fit u vettura oħra tat-tip Mazda Demio.

Għalkemm mhux magħruf jekk hemmx persuni li ndarbu f’dan l-inċident jidher li ssejħet ambulanza u tim mediku biex jassiti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Sport