Saturday, May 4, 2024

Ħadd ma jweġġa’ f’nirien li ħakmu residenza f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu residenza fi Triq il-Lunzjata f’Ħal Tarxien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:15 p.m meta daħna kbira dehret ħierġa mill-parti ta’ fuq ta’ waħda mir-residenzi fl-imsemmija triq. Fuq il-post intbagħtu wkoll għadda ta’ vetturi tat-tifi tan-nar bil-pumpiera li rnexxielhom jikkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.

Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku u ambulanza bħala miżura ta’ prekawzjoni iżda nifhmu li fortunatament ħadd ma kellu jittieħed lejn l-Isptar għal iżjed kura.

Sport