Sunday, May 5, 2024

Tonqos bin-nofs il-piena ta’ sitt xhur ħabs li weħel “it-Topo”

Dan wara li kien irrifjuta li jsemmi l-allegati kompliċi fl-attentat ta’ serqa minn bank

Aqra wkoll

Imħallef naqqas bin-nofs il-piena ta’ sitt xhur ħabs li ngħata Darren Debono magħruf bħala t-Topo, li fi Frar li għadda rrifjuta li jsemmi l-allegati kompliċi fl-attentat ta’ serqa minn bank fl-2010.

Debono kien ikkundannat 10 snin u nofs ħabs dwar l-involviment tiegħu fl-attentat bil-kundizzjoni li jixhed kontra Vince Muscat ‘il-Koħħu’. Fix-xhieda tiegħu iżda huwa kien irrifjuta li jsemmi min kienu l-kompliċi minħabba li beża’ għas-sigurtà tiegħu u ta’ familtu.

Meta l-Ħamis ingħatat is-sentenza, l-Imħallef Aaron Bugeja kkonferma s-sejba ta’ ħtija fuq l-akkuża li huwa rrifjuta li jixhed, iżda mhux ir-reat aggravat, u ddeċieda li Debono wettaq biss ir-reat ġeneriku marbut mar-riċediva. 

Kien għalhekk li s-sentenza ta’ sitt xhur ħabs ġiet imnaqqas għal waħda ta’ tliet xhur, bl-Imħallef jikkonferma l-kumplament tas-senenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Għal Debono dehru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.

Sport