Thursday, February 27, 2025

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jaħdem f’binja

Aqra wkoll

Raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar ħames metri waqt li kien qiegħed jaħdem f’binja li fiha kien qed isir xogħol ta’ rinovar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am, fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport