Saturday, October 17, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Man City bis-seba’ rebħa konsekuttiva

Premier League Ingliż: Man City bis-seba’ rebħa konsekuttiva

0
50


Manchester City komplew jiddominaw fil-Premier League meta f’darhom għelbu lil Ipswich Town bl-iskor ta’ 3-2 biex irreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva mill-bidu tal-istaġun. Phil Foden (19) fetaħ l-iskor għal City, iżda Daizen Maeda (21) wieġeb għall-mistednin.

Erling Haaland (34, 69) reġa’ poġġa lil City fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ Mateo Kovacic, qabel ma rdoppja l-iskor personali tiegħu fit-tieni taqsima. Zian Flemming (90) skorja minn penalty għal Ipswich lejn it-tmiem, iżda City żammew il-vantaġġ biex komplew bis-serje pożittiva tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here