Sunday, December 22, 2024

Ħaddiem l-Isptar wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 31 sena minn Bormla weġġa’ wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xogħol bil-‘membrane’.

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHSA) qalet li l-każ seħħ dalgħodu ġewwa l-Imrieħel.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili filwaqt li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-OHSA bdiet l-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ filwaqt li spjegat li peress li l-investigazzjoni għadha għaddejja, hija ma tistax tagħmel aktar kummenti għalissa.

Ekonomija

Sport